Welcome to Gozo Minor Seminary

 

Jum Dun Karm Psaila

13 ta’ Ottubru 2016

55 sena minn mewtu – 145 sena minn twelidu

F’Ottubru ta’ kull sena nfakkru żewġ anniversarji tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm:  it-twelid tiegħu fit-18 tax-xahar u fit-13 infakkru mewtu.

Fl-10 ta’ Ottubru 2016 saret ċerimonja fil-grawnd tal-iskola waqt l-assembly biex nikkommemoraw il-55 anniversarju mill-mewt tal-poeta Nazzjonali Dun karm Psaila u l-145 sena minn twelidu. Xi studenti qraw ħsieb qasir dwar Dun Karm Psaila kif ukoll xi poeżiji minn tiegħu. Fl-aħħar tkanta l-Innu Malti u ttellgħet il-bandiera Maltija.

Il-Hamis 13 ta' Ottubru, Jum Dun Karm Psaila, l-istudenti tal-Forms 3, 4 u 5 kellhom taħdita mirquma u dettaljata mis-Sur Joe Camilleri li permezz ta' PowerPoint għen lill-istudenti jifhmu l-kobor ta' dan il-personagg. 

 

bwd  Set 1/3  fwd