Welcome to Gozo Minor Seminary

 

 

 

Nhar it-Tnejn, 12 ta' Gunju 2017, saret iċ-Ċerimonja tal-Gradwazzjoni tal-istudenti tal-Form 5. Is-serata bdiet b'quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Għasri mmexxija minn Mons. Isqof Mario Grech flimkien mal-Kappillan tal-Għasri Msgr. Edward Xuereb, il-Kap tal-iskola Kan. Noel Saliba u numru sabiħ ta' saċerdoti mill-iskola tagħna. Kienu preżenti wkoll il-ġenituri tal-istudenti flimkien ma' numru sabiħ ta' għalliema u LSAs mill-iskola. Wara, saru diskorsi tal-okkażjoni minn Joseph Cefai, Shaun Calleja u Neil Curmi f'isem l-istudenti kollha kif ukoll mill-Kap tal-iskola Fr. Noel Saliba. Imbagħad tqassmu ċ-ċertifikati u l-premijiet lill-istudenti. Wara dawk kollha preżenti nġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja fejn kien hemm refreshments tal-okkazzjoni.

L-għada, it-Tlieta 13 ta' Gunju, gie organizzat BBQ għall-istudenti u l-għalliema f'Ħondoq ir-Rummien. Kien mument vera sabiħ fejn l-istudenti ħadu ħafna gost u zgur li temmew din l-esperjenza fi ħdan l-iskola tagħna b'toma tajjba ħafna.

 

Photos: Credit to Chris Camilleri and Ivan Farrugia

bwd  Set 1/7  fwd