Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru, l-istudenti tas-Seminarju Minuri rritornaw lura lejn il-bankijiet tal-iskola. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa mmexxija mid-Direttur Spiritwali tal-iskola Dun Samuel Grech u wara sar diskors tal-okkażjoni mis-Surmast Dun Charles Sultana. Minn qalbna nawguraw sena skolastika ġdida mill-aqwa lill-istudenti u kif ukoll lill-edukaturi kollha.