Welcome to Gozo Minor Seminary

 

 

Il-Ġimgħa 30 ta' Settembru l-istudenti tas-Seminarju flimkien ma' dawk tal-Konservatorju għexu esperjenza sabiħa u interessanti. L-istudenti inqasmu fi gruppi fiċ-Cittadella u kull grupp kellu diversi waqfiet f'postijiet simbolici li ġew marbuta mal-opri tal-ħniena. Is-silos ġew marbuta mal-ġuħ filwaqt li l-għejjun u funtani mal-għatx. Il-ħabsijiet ġew marbuta mal-opra żur il-ħabsin. F'kull waqfa kien hemm għalliem li ta l-isfond storiku u katekeżi qasira. Fl-aħħar it-tfal kollha nġabru fil-pjazza tal-katidral, għaddew mill-bieb tal-ħniena u ċ-ċelebrazzjoni waslet fi tmiemha bil-barka minn Ġesu` Sagramentat mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech.

 

bwd  Set 1/2  fwd